Lokali

Tifel bi ġrieħi gravi f’inċident b’rota

Ritratt: Martin Agius

Tifel ta’ 13-il sena residenti ż-Żejtun, ilbieraħ għall-ħabta tal-5pm, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara inċident fi Triq Santu Wistin, iż-Żejtun.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħ impatt bejn karozza Peugeot 3008 misjuqa minn raġel ta’ 34 sena residenti l-Mosta u rota misjuqa mill-vittma.

It-tifel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.