Futbol Sport

UEFA Europa League: Royale Union Saint-Gilloise ta’ Teddy Teuma fi Grupp D ma’ Braga, Malmo u Union Berlin

(Ritratt: EPA)

Il-Ħamis wara nofsinhar f’Istambul it-Turkija ittellgħu il-poloz tal-Europa League fejn 32 tim se jkunu qed jikkompetu fi tmien Gruppi bil-logħob mill-fażi tal-gruppi se jibda fit-8 ta’ Settembru.

Grupp A:

Arsenal – PSV – Bodo / Glimt – Zurich

Arsenal u PSV b’kollox iltaqgħu kontra xulxin sitt darbiet bejn l-2002 u l-2007 dejjem fil-UEFA Champions League, bl-aktar konfront li spikka kien dak tal-istaġun 2006/7 fir-rawnd tal-aħħar 16 meta l-Olandiżi kienu kkwalifikaw b’aggregate ta’ 2-1.

Zurich iltaqgħu ma’ PSV fl-istess kompetizzjoni fl-1963/64 meta fil-Kwarti tal-Finali, PSV kienu rebħu 1-0 f’Eindoven iżda Zurich dawru r-riżultat f’darhom u għelbuhom 3-1

Grupp B:

Fenerbache – Rennes – Dynamo Kyiv – Larnaca

Fenerbache u Dynamo Kyiv iltaqgħu diġa dan l-istaġun fir-Rawnd ta’ Kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League, bl-Ukreni jirbħu b’aggregate ta’ 2-1 fit-tieni leg wara li fl-ewwel partita spiċċaw fi dro ta’ mingħajr gowls.

Kontra Rennes, Dynamo Kyiv lagħbu fl-istaġun 2018/19 b’Dynamo jirbħu fl-Ukrajna u fi Franza bl-iskor ta’ 2-1 u 3-1 rispettivament.

Grupp C:

Real Betis – Ludogorets – Roma – HJK Helsinki

Jose Mourinho, kowċ ta’ Roma se jkun qed jiltlaqa’ kontra avversarji Bulgari għar-raba’ darba fl-aħħar tliet staġuni. Fl-istaġun 2020/21 meta kien kowċ ta’ Tottenham fit-tieni rawn ta’ kwalifikazzjoni u rabaħ darbtejn kontra l-istess Ludogorets fil-fażi tal-gruppi fl-istess staġun.

Grupp D:

Braga – Malmo – Union Berlin – Royale Union Saint-Gilloise

Grupp li se jinteress lilna l-Maltin fejn se jkun qed jilgħab fih l-Internazzjonali Malti Teddy Theuma, captain ta’ Royale Union Saint-Gilloise. Din se tkun l-ewwel esperjenza tal-klabb Belġjan fil-fażi tal-gruppi ta’ kompetizzjoni Ewropea.

Grupp E:

Manchester United – Real Sociedad – Sheriff Tiraspol – Omonioa

Il-kowċ ta’ Omonia Neil Lennon lagħab kontra Man. United ma’ Celtic f’rebħa ta’ 1-0 fiċ-Champions League meta għall-ewwel darba l-Iskoċċiżi waslu mal-aħħar sittax tal-kompetizzjoni.

Din se tkun l-ewwel darba li Manchester United se jilgħabu kontra tim mill-Moldova u minn Ċipru.

Fl-istaġun 2020/21 Man. United lagħbu fil-fażi tal-aħħar 32 kontra Real Sociedad u eliminawhom b’aggregate ta’ 4-0.

Grupp F:

Feynord – Lazio – Midtjylland – Sturm Graz

Feynord u Lazio iltaqgħu kontra xulxin darba biss fl-istorja tagħhom fil-UEFA Champions League tal-1999/2000 bl-Olandiżi jirbħu f’Ruma 2-1 u bil-logħba ta’ ritorn f’Rotterdam tispiċċa fi dro ta’ mingħajr gowls.

Grupp G:

Qarabag – Olympiacos – Freiburg – Natnes

Grupp H:

Ferencvaros – Trabsonspor – Monaco – Crvena zvezda

Monaco waslu sas-semi finali tal-UEFA Cup fl-1997 u fl-1998 fejn fl-ewwel waħda fejn ġew eliminati minn żewġ tinijiet Taljani, Inter u Juventus rispettivament.