Matthias Mizzi
PIETÀ HOTSPURS……………0
VALLETTA……………………….6
Pietà H.: S. Alampasu (R. Cini 15’), S. Okoh, C. Bangura, Y. Ito, J. Ghio (P. Lapira 56’), T. Agius (S. Mizzi 62’), Y. Morita (A. Wismayer 56’), Z. Leonardi, A. Ganiu, A. Sekeou (A. Belibi 62’), T. Yamaguchi
Valletta: A. Guarnone, E. Ruiz, J. Borg, C. Gauci, S. Dimech (I. Micallef 73’), O. Akpoveta (U. Ngong 59’), E. Pena Beltre (S. Mckay 67’), S. Fewo (J. Willy 67’), B. Paiber, E. Sala, K. Bevis
Imwissija: S. Okoh 38’ (PTH), A. Ogungbe 60’ (PTH)
Skorjaw: K. Bevis 31’(VLT), S. Dimech (PEN) 39’ (VLT) O. Akpoveta 45+2’ (VLT), E. Pena Beltre 46’ (VLT), E. Sala 55’ (VLT), U. Ngong (PEN) 62’ (VLT)
Referee: Etienne Mangion
Assistenti Referees: Mitchell Scerri & Paul Apap
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: S. Dimech (VLT)
BOV Plejer tal-logħba: S. Dimech (VLT)
Wara l-prestazzjoni tajba tal-ġimgħa li għaddiet kontra ċ-champions renjanti Hibernians, Valletta ddominaw għalkollox f’kull waqt matul id-disgħin minuta kontra n-neopromossi Pietà. Minkejja li huma aċċertaw ruħhom mit-tliet punti kmieni fil-partita huma baqgħu għatxana għal iktar gowls sal-aħħar. Fuq in-naħa l-oħra l-Hotspurs fl-ebda ħin ma kienu perikolużi lejn il-lasti opposti.
F’bidu kwiet miż-żewġ timijiet l-ewwel tentattiv denju lejn il-lasti wasal mal-21 minuta permezz ta’ xutt fil-baxx ta’ Shaun Dimech li ntlaqa’ mingħajr diffikultà mis-sostitut goalkeeper Reeves Cini. Man-nofsiegħa logħob Kilian Bevis fetaħ l-iskor wara li rċieva pass preċiż fuqu minn Brandon Paiber u wiċċ imb’ wiċċ ma’ Cini ma ħafirx b’konklużjoni b’saħħitha fil-baxx. Fit-38 minuta r-referee inkarigat Etienne Mangion saffar għal penalty wara li Terence Agius deher iwaqqa’ lill-attakkant Belti fil-kaxxa. Mill-ħdax-il metru Shaun Dimech ma żbaljax. Proprju qabel il-mistrieħ, Valletta daħlu jistrieħu b’vantaġġ ta’ tliet gowls grazzi għal finta u xutt fil-baxx ta’ Kilian Bevis li ħalla lil Cini mingħajr tama li jsalva.

Propru fi ftuħ it-tieni taqsima, Valletta aċċertaw ruħhom mir-rebħa wara li l-goalkeeper Cini ma ħatafx tajjeb xutt ċentrali ta’ Pena Beltre bil-ballun baqa’ dieħel fix-xibka. Għaxar minuti wara, it-tim immexxi minn Thane Micallef għamilhom ħamsa b’konklużjoni tal-istampi ta’ Eslit Sala. Huma komplew jiddominaw u jiddettaw f’kull waqt tant li mas-siegħa logħob id-difensur ċentrali ta’ Pietà ,Ogungbe kkommetta penalty fuq is-sostitut Ulrich Ngong, biex l-istess plejer mill-ħdax-il metru tefa’ l-ballun naħa u l-goalkeeper naħa oħra.
//= $special ?>