Futbol Sport

Birkirkara b’punti massimi wara żewġ logħbiet

It-tim ta’ Birkirkara dawwar gowl żvantaġġ biex rebaħ il-konfront kontra Żebbuġ Rangers bl-iskor ta’ 2-1.

Żebbuġ R fetħu l-iskor fit-8 minuta meta minn kross ta’ Roberto Enrique Sanchez, kien Stanimir Miloskovic li b’daqqa ta’ ras għeleb lil goalkeeper Giacomo Nava. Birkirkara ġabu l-iskor indaqs meta minn azzjoni ta’ korner, kien Kevi Tulimieri li b’daqqa ta’ ras mill-kaxxa ż-żgħira għeleb lil Jamie Azzopardi. Fit-tieni taqsima Birkirkara skurjaw il-gowl tar-rebħa meta minn azzjoni personali ta’ Paul Mbong, qassam lil Enzo Daniel Cabrera li mingħajr ebda diffikulta tefa’ fix-xibka għal riżultat finali ta’ 2-1 għat-tim immexxi minn Giovanni Tedesco.