Il-preżentatur tar-radju Joe Chetcuti illum jiċċelebra għeluq sninu.
F’dan ir-ritratt (fuq) Joe jidher tfajjel ċkejken – it-tieni mix-xellug.
Joe Chetcuti ilu snin jippreżenta l-programm popolari tal-marċi fuq Net FM, filwaqt li kellu wkoll diversi esperjenzi fil-produzzjoni ta’ programmi televiżivi u xandiriet mill-festi Maltin.
Illum, Joe jagħlaq 61 sena.
Intervista mal-preżentatur ta’ Net FM
Joe Chetcuti huwa iben Rita Chetcuti xebba Caruana mill Mosta u ta’ Charles Chetcuti minn B’Kara imma kienu joqghodu il Mosta. Joe huwa l-kbir u għandu ħuh sentejn iżgħar illi jismu Tonio Chetcuti.
It-trobbija tista tgħid illi minn dejjem kienet il Mosta sakemm kellu jkun is Sibt 25 t’April tas-sena ta’ l-1987 fejn dakinhar izzewwigt lil Phyllis Ferranti illum Chetcuti minn Haz Zebbug. Għandna tifla Pauline Marie.
Illum il-ġurnata noqghod Ħaż-Żebbuġ, pero il-Mosta qatt u qatt ma tlaqta u anqas se nitlaqa.
Kburi illi jien Mosti. Bqajt inżomm ftit konnessjonijiet mal-Mosta. Nista nghid illi jien President Onorarju mal Banda tas Soċjeta Filarmonika Santa Marija. Membru Onorarju mal Banda tas Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouard u Membru Onorarju tas Socjeta Piroteknika 15 t’Awwissu tal Mosta. Nokkupa fil-Mosta Assistent Editur tal Ktejjeb Annwali tal-festa mahruġ kull sena mill-Banda tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija u nokkupa il-kariga ta’ Segretarju fil Kummissjoni Komunikazzjoni Parrokkjali.
Lura Haz Zebbug fejn nokkupa diversi karigi fil Kazin tal Banda 12 th May & Social Club bħala President Onorarju, Ċermen tal Kummissjoni Banda u Membru fil Board Editorjali tal Ktejjeb Annwali tal festa ta’ San Filep maħruġ mill Każin tal Banda 12 th May.
Fil prezent illni 21 sena nipprezenta il-programm ta’ kull nhar ta’ Ħadd fin-12.30pm ‘Marci u Bandalori’ fuq l-Istazzjon Net FM kif ukoll kontributur fil-ġurnali In-Nazzjon u il-mument.
//= $special ?>