“Ir-raba’ vapur huwa essenzjali”.
Dan qalu Joe Muscat, il-Kap Eżekuttiv tal-Gozo Tourism Association, f’kummenti li ta lil dan l-istazzjon wara li l-assoċċjazzjoni preżentat id-dokument tagħha għall-Budget li jmiss.
Muscat tkellem dwar il-vapur Nikaloas li daħal fis-servizz tlett snin ilu. U fakkar kif meta dan il-vapur ma kienx fis-servizz għal ġurnata inħass bil-kbir in-nuqqas tiegħu. Dan jfisser li tul dawn l-aħħar tlett snin deher li hemm bżonn erba’ vapuri sabiex ikun offrut servizz effiċjenti.
Joe Muscat stqarr li jekk jinbena r-raba’ vapur dan għandu jkun fuq il-linji tat-tlett vapuri li hemm fis-servizz bħalissa. Barra minn hekk, din l-assoċċjazzjoni tqisu bħala nvestiment fl-infrasstuttura ta’ Għawdex. Il-GTA qed tinsisti li tul dawn l-aħħar snin kien hemm titjib fil-konnettivita bejn Malta u Għawdex b’diversi servizzi ġodda.
Iżda fakkar kif mingħajr il-mina diġa’ hemm il-problema tat-traffiku f’Għawdex. U jemmen li jekk issir il-mina l-problema se tkompli tikber.