Lokali

Isofri ġrieħi gravi f’inċident bil-mutur fil-Belt

Raġel ta’ 30 sena sofra ġrieħi gravi wara li lbieraħ filgħaxija kellu inċident bil-mutur.

Is-sewwieq tal-mutur li ju minn San Pawl il-Baħar jidher li tilef il-kontroll tal-mutur Piaggio waqt li kien qed isuq f’Misraħ l-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta.

Fil-post waslu l-Pulizija tad-Distrett kif ukoll tim mediku u ambulanza biex ir-raġel ittieħed l-istpar Mater Dei fejn instab li kien qed isofri ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.