L-atleta Malta Stephen Sammut Nurminen daħal ir-raba’ f’tellieqa fit-Turkija – tellieqa fuq art li mhux daqstant faċli tiġri fuqha.
It-tellieqa bl-isem ta’ Runfire Salt Lake Ultra Trail saret fuq it-tieni l-akbar lag fit-Turkija fuq distanza ta’ 80km.
Dan il-lag jinxef matul ix-xhur tas-sajf u fil-post tal-ilma jibqa’ biss saff oħxon ta’ melħ.
F’din it-tellieqa pparteċipaw 39 persuna, bl-atleta Malti jikklassifika fir-raba’ post b’ħin ta’ 9 sigħat u tmien minuti.
It-tiġrija li saret nhar is-Sibt 20 t’Awwissu, intrebħet minn Hilmi Guven.
F’kummenti li ta lil Net News, Sammut Nurminen qal li l-art li ġera’ fuqha kienet bħal xi ħaġa li qatt ma ra bħalha.
“Jidher u jinħass propju qisu borra, imma fil-verità hu melħ u ħafna ħafna aktar sħun”.
L-atleta Malti qal li t-temperatura laħqet is-37 grad celsius wara nofsinhar dakinhar tat-tellieqa.
“Kienet sfida iebsa mhux ħażin għax f’xi ħinijiet iż-żarbun beda jinżel dritt fil-melħ”.
//= $special ?>