Fl-istess waqt li l-eks President Amerikan Donald Trump qed iħejji ruħu biex jikkontesta mill-ġdid l-elezzjonijiet tal-Istati Uniti, l-FBI ippubblikat dokument ta’ 32 paġna dwar l-investigazzjonijiet fuqu.
Minkejja li partijiet kbar tad-dokument huma mgħottija, id-dokument xorta jiżvela dettalji importanti dwar l-investigazzjoni kriminali fuq l-eks President.
Kien id-Dipartiment tal-Ġustijzzja Amerikan li ppubblika informazzjoni li tikkonferma li numru ta’ dokumenti li Trump ġarr lejn ir-residenza f’Mar-a-Lago kienu ta’ natura sensittiva u li dawn inżammu b’mod illegali.
Id-dokument ippubblikat mid-Dipartiment tal-Ġustizzja għandu partijiet kbar minnu mgħottija biex tkun protetta l-identità ta’ għadd ta’ xhieda, kif ukoll biex ikun żgurat li informazzjoni ta’ natura sensittiva ma toħroġx fil-pubbliku.
B’kollox, fit-8 t’Awwissu l-FBI kienu elevaw 11-il sett ta’ files mir-residenza ta’ Trump fi Florida.
//= $special ?>