Lokali

Partita ta’ ħbiberija b’tifkira ta’ Christian Degabriele

Kien b’din il-logħba ta’ ħbiberija bejn  Ħamrun Amateurs u Paola Kordin li l-ħbieb ta’ Christian Degabriele sellmu l-memorja tiegħu.

Il-partita ta’ hbiberija intlagħbet fiż-Żurrieq.

Christian kellu 35 sena u tilef ħajtu waqt li kien qed jogħdos f’San Pawl il-Baħar. Huwa kien jilgħab mat-tim ta’ Paola Kordin u għalhekk, għal sħabu, din kienet bħal sajjetta fil-bnazzi.

Christian se jibqa’ magħruf għall-imħabba kbira li kellu lejn il-futbol, u kif ukoll għall-għawm fil-baħar. Barra minn hekk, hu kien jagħmel parti mill-forzi armati ta’ Malta. Ħafna iddeskrivew lil Christian bħala persuna li kellu qalb tad-deheb u li dejjem kien jara kif kien se jgħin lil dak li jkun u li ħajjithom mhux se tibqa’ l-istess issa li Degabriele m’għadux magħhom.