Sport Waterpolo

Ronnie Spiteri magħżul biex jikkontrolla l-finali tal-Kampjonat tad-Dinja ta’ taħt is-16-il sena

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Ir-referee Malti Ronnie Spiteri se jkun qed jikkontrolla l-finali tal-Kampjonat tad-Dinja ta’ taħt is-16-il sena bejn il-Greċja u l-Ungerija. Dan hu appuntament prestiġjuż għas-settur tar-referees f’pajjiżna hekk kif din il-kompetizzjoni hi l-ogħla waħda f’din il-kategorija.

Ronnie Spiteri li hu r-referee Malti magħżul għal din l-edizzjoni, diġà kkontrolla xejn anqas minn sitt logħbiet. Dawn huma Montenegro v Latvja, Greċja v Żvizzera, Żvizzera v Ġappun, Montenegro v Spanja, Ażerbajġan v Polonja u Montenegro v Greċja.