Matthias Mizzi
SIRENS…………….2
FLORIANA……….2
Sirens: A. Cassar, W. Soares, M. Pereira, K. Sano, R. Tachikawa, S. Cipriott (A. Borg 80’), J. Walker, A. Cini, V. Kolev (W. De Oliveira 72’), G. Fernandes, D. Jackson
Floriana: G. Kitanov, A. Magri Overend, C. Rutjens, O. El Hasni, M. Veselji (C. Lonardelli 46’), K. Reid (J. Scicluna 65’), J. Arias (E. Hershkovic 46’), N. Garcia, L. Trillo, E. Callegari (A. Ciolacu 46’), J. Busuttil
Imwissija: A. Magri Overend 2’ (FLR), O. El Hasni 5’ (FLR), A. Cini 9’ (SIR), W. Da Silva 45 + 2’(SIR), A. Cini 68’ (SIR), L. Trillo 75’ (FLR), W. De Olveira 75’ (SIR)
Tkeċċa: A. Cini 68’ (SIR)
Skorjaw: A. Cini 2’ (SIR), V. Ivan 29’ (SIR), A. Ciolacu 72’ (FLR), A. Ciolacu 75’ (FLR)
Referee: Daniel Portelli
Assistenti Referees: Alan Camilleri & James Muscat
Il-Mument Plejer tal-logħba: A. Ciolacu (FLR)
BOV Plejer tal-logħba: A. Ciolacu (FLR)
Floriana rnexxielhom jakkwistaw punt minn konfront li deher se jmur favur it-tim ta’ San Pawl il-Baħar grazzi għal żewġ gowls tal-plejer tal-logħba Ciolacu fl-aħħar kwarta logħob. Hekk kif żvolġiet il-partita kienu Floriana l-aktar kuntenti b’dan id-dro.
Sirens fetħu l-iskor kmieni fejn wara biss żewġ minuti, Alexander Cini skurja gowl tal-istampi minn free-kick angolat. Kontra kull mistenni, man-nofsiegħa logħob Sirens irdoppjaw l-iskor b’daqqa ta’ ras ta’ Vaselinov Ivan minn kross fil-baxx ta’ Jackson Degran. Wara dan il-gowl, il-Furjaniżi ma għamlu l-ebda tip ta’ reazzjoni tant li Sirens kellhom il-maġġoranza tal-pussess wkoll f’idejhom biex Floriana daħlu jistrieħu b’żewġ gowls minn taħt.
Fi ftuħ it-tieni taqsima Giancarlo Atzori għamel tliet tibdiliet f’daqqa bit-tama li jqajjem it-tim madankollu t-tim mhux li wisq irreaġixxa. Fid-69 minuta Sirens sfaw jilagħbu b’raġel inqas wara li r-referee inkarigat wera’ t-tieni karta safra lil d-difensur Alexander Cini minħabba ħela ta’ ħin. Kien proprju wara t-tkeċċija li l-Greens qamu għall-okkażjoni biex fit-72 Adam Magri Overend baqa’ dieħel b’ġirja veloċi lejn il-kaxxa u minn fuq il-linja xellugija xeħet kross lejn is-sostitut Andrei Ciolacu, b’dan tal-aħħar tefa’ fix-xibka. Tliet minuti biss wara Ciolacu ħasad għalkollox lill-avversarji b’gowl ieħor simili għal ta’ qablu b’din id-darba l-pass ġie mingħand Jan Busuttil. Dawn iż-żewġ gowl għollew il-morall ta’ Floriana tant li fl-aħħar għaxar minuti pattew kollox. Saħansitra fil-85 minuta Floriana kienu viċin li jmorru fil-vantaġġ meta minn azzjoni personali, Busuttil qabeż żewġ difensuri iżda l-konklużjoni tiegħu spiċċat barra.
//= $special ?>