Suċċess għal Francesca Curmi u Elaine Genovese fl-ITF Futures 25k li saru fi Spanja hekk kif huma rebħu l-kompetizzjoni tad-doubles.
Fl-ewwel konfront tagħhom f’din il-kompetizzjoni Curmi u Genovese għelbu lill-koppja mill-Iżrael 6-2, 6-0 biex imbgħad fil-kwarti tal-finali iltaqgħu kontra l-Ġappuniżi Hinojosa Gomez u Michika Ozeki. Din kienet l-aktar logħba li sabu diffikultà fiha iżda fl-aħħar xorta waħda kienu huma li avvanzaw b’rebħa ta’ 6-7, 7-5, 10-8.
Fis-Semi Finali il-Maltin sabuha faċli biex għelbu lil koppja Elizaveta Koklina u Ashley Lahey li huma mir-Russja u l-Istati uniti rispettivament bl-iskor finali jkun wieħed konvinċenti ta’ 6-2, 6-2.
Fil-Finali, Francesca Curmi u Elaine Genovoese reġa kellhom wirja brillanti u din id-darba rebħu lil-Ġermniża Kathleen Kanev u Olga Helmi tad-Danimarka 6-0, 6-3 biex b’hekk wara l-midalja tal-fidda miksuba fil-Logħob tal-Mediterran żiedu wkoll dan l-unur tar-rebħ tal-ITF Futures 25k
