Bosta kienu dawk li nġabru fil-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina fin-Naxxar sabiex jagħtu l-aħħar tislima lil Ġużeppi Catania li nhar it-22 ta’ Awwissu miet fl-età ta’ 92 sena – persuna li gie deskritt bhala bniedem li ħadem u stinka għall-komunità Naxxarija b’rispett, kordjalità u mħabba.
Bejn l-2003 u l-2009 Ġużeppi serva fil-Kunsill Lokali tan-Naxxar f’isem il-Partit Nazzjonalista. Hu serva wkoll bħala membru fil-kumitat tal-Festa kif ukoll membru f’diversi għaqdiet oħra tan-Naxxar.
Diversi Naxxarin u għaqdiet varji ddeskrivew lil Catania bħala raġel ta’ stoffa, li dejjem kien jagħti appoġġ lill-proġetti fil-komunità u wisq aktar kien jgħin lill-persuni fil-bżonn. Huwa kien deskritt bħala raġel reżiljenti … bastun għal min kien jafu.
Kondoljanzi lill-familja Catania f’isem il-kamra tal-aħbarijiet ta’ Net News.
