Rowen Camilleri
STA. LUCIA……………..0
BALZAN…………………2
Sta. Lucia: D. Ciappara, S. Rier, R. Bairam, A. Valpoort, L. Ayad (D. Francarolli) 80’), D. Xuereb (B.Agius 74’), J. Pisani, R. Saito (E. Moreno 57’), F. Farias, J. Zerafa (J. Carbone 80’), M. Alba
Balzan: J. Debono, I. Bozovic, M. Grima, M. Duric (A. Friggieri 78’), P. Fenech (N. Braunovic 83’), A. Torres, B. Hili (S. Arab 83’), U. Ljubomirac, M. Zlatkovic, M. Raso, M. Souza (B. Kaljevic 62’)
Imwissija: A. Torres 17’, B. Kaljevic 81’, S. Arab 90’ (B), J. Zerafa 23’, J. Pisani 90’ (Sl)
Skorjaw: M. Sousa 15’, U. Ljubomirac 25’ (B)
Referee: Glenn Tonna
Assistenti Referees: Mitchell Scerri u Thomas Debono
BOV Plejer tal-Logħba: Angel Torres (Balzan)
In-Nazzjon Plejer tal-Logħba: Angel Torres (Balzan)
Fl-unika logħba tal-Ħadd, Balzan irreġistraw it-tieni rebħa minn tnejn meta fit-Tony Bezzina Stadium għelbu lil Sta. Lucia bl-iskor ta’ 2-0. Għal Sta. Lucia din kienet it-tieni telfa meta fl-ewwel partita sfaw megħluba minn Gżira.
Balzan fetħu l-iskor mal-kwarta logħob meta Jurgen Pisani bil-pass tiegħu fuq wara tefa’ f’diffikultà li Miguel Alba li sab lil MATHEUS SOUSA attent li ħadlu l-ballun u wara li avvanza minn quddiem Ciappara ma’ żbaljax. Fl-24 minuta Torres prova xutt minn bara l-kaxxa li għadda għoli. Żewġ minuti wara Balzan skorjaw it-tieni gowl permezz ta’ UROS LJUBOMIRAC li rċieva pass tajjeb fil-kaxxa mingħand Angel Torres.

Fil-31 minuta Balzan marru viċin it-tielet gowl minn azzjoni personali ta’ Angel Torres li avvanza u minn tarf il-kaxxa prova xutt b’saħħtu bil-goalkeeper Ciappara jwettaq save sabiħ u mgħejjun mill-mimduda l-ballun mar f’korner.
Balzan mill-ewwel ħarġu tajjeb fit-tieni taqsima u wara minuta Angel Torres daħal fil-kaxxa avversarja u prova jaħsad lil Ciappara bil-konklużjoni tal-Kolumbjan tgħaddi ftit barra. Fit-52 minuta Torres reġa mar viċin minn free kick dirett li Ciappara salva minn fuq il-linja biex mill-azzjoni ta’ wara Miguel Alba għal Sta. Lucia prova xutt minn qagħda angolata li kien devjat f’korner. Fl-74 minuta Dylan Ciappara kellu jwettaq żewġ saves fl-istess azzjoni minn xuttijiet ta’ Milan Duric qabel id-difiża tajret kull periklu. Balzan baqgħu aħjar mill-avversarji sa tmiem il-partita biex b’hekk it-tliet punti marru għat-tim immexxi minn Oliver Spiteri.
//= $special ?>