CHELSEA jinsabu vicin li jakkwistaw lid-difensur Franċiż Wesley Fofana mingħand Leicester City. Dan l-akkwist mistenni jkun konkluż wara bosta diskussjonijiet bejn iż-żewġ klabbs għal-dawn l-aħħar ġimgħat . Id-difensur ta’ 21 sena mistenni jingħaqad ma’ Chelsea b’mod permanenti u s-somma mistennija tkun qrib il-£75 miljun. Il-plejer laħaq ftehim assolut mal-klabb u filwaqt li x-xewqa tiegħu dejjem kienu Chelsea, Fofana ser jiffirma kuntratt li għandu jżommu mal-klabbb sal-2028.
EVERTON – L-attakant Franċiż Neal Maupay huwa plejer ġdid ta’ Everton hekk kif lesta t-testijiet mediċi l-ġimgħa filgħaxija. Is-somma li Everton ser iħallsu lil Brighton għal-attakant mistennija tkun qrib l-£14 miljun. Hu mifhum li Maupay ser jiffirma kuntratt ta’ tlett snin b’ebda klawsola ta’estenzjoni.
ATLETICO MADRID jinsabu f’diskussjoinijiet avvanzati ma’ Tottenham sabiex jiksbu lid-difensur laterali Sergio Reguilon b’self. Dan l-akkwist mistenni jsir hekk kif il-plejer ta’ Atletico Madrid Renan Lodi mistenni jingħaqad ma’ Nottingham Forest b’self, bil-possibiltá li jsir plejer permanenti jekk Nottingham iħallsu £25 miljun fl-aħħar tal-istaġun. Atletico Madrid qed jistennew biex jiġu fi tmiemhom id-diskussjonijiet għal-bejgħ ta’ Lodi sabiex jipproċedu bl-akkwist ta’ Sergio Reguilon.

WOLVES ikomplu jagħmlu il-pressjoni fuq Stuttgart sabiex ikunu jistgħu jakkwistaw lill-attakant Sasa Kalajdzic wara li t-tim Ġermaniż diġa rrifjuta offerta ta’ £12 miljun fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. Wolves qed jippreparaw offerta finali ta’ £17 miljun u jemmnu li din għanda tkun ta’ sodisfazzjon għal Stuttgart.
ATALANTA kisbu lill-attakant prominenti ta’19-il sena Rasmus Hojlund mingħand Strum Graz. Il-plejer Danniż mistenni jingħaqad ma’ Atalanta għas-somma globali ta’ £16 miljun. Huwa żvelat li Hojlund diġa’ laħaq ftehim mal-klabb rigward termini personali u huwa mistenni jagħmel it-testijiet mediċi fil-ġranet li ġejjin
//= $special ?>