Raġel ta’ 42 sena u li huwa residenti Ħaż-Żebbuġ ittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li għall-ħabta tas-7.40 am intlaqat minn vettura waqt li kien qiegħed jsuq ir-rota tiegħu tul il-Coast Road.
Ir-raġel intlaqat minn karozza tat-tip BMW misjuqa minn raġel ta’ 37 sena u li huwa residenti San Pawl il-Baħar.
Iċ-ċiklist ittieħed minnufih l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ddikjarat li qiegħed isofri minn ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>