Sport Sport Ieħor

Dylan Cachia u Martina Micallef rebbieħa tas-sitt tellieqa tal-Kampjonati Garmin BSJ Open Water Swimming

It-tellieqa ta’ qabel tal-aħħar tal-Garmin BSJ Open Water Swimming saret fis-Salina nhar l-Erbgħa u kienet tikkonsisti f’għawma fuq medda ta’ 4 kilometri.

It-tiġrija, li serviet ukoll bħala kwalifikazzjoni għall-għawwiema li jedin jimmiraw għall-parteċipazzjoni fl-għawm fil-fliegu, li ser jisiru f’Settembru, bdiet b’kundizzjonijiet tat-temp moderati b’dawn jinbidlu lejn tmiem it-tellieqa biex kienu itkar ta’sfida għall-għawwiema. 

Dylan Cachia kompla l-wiri konsistenti tiegħu fejn mill-bidu tat-tellieqa waqqaf il-pass għall-bqija tal-għawwiema. Cachia temm it-tellieqa f’ħin ta’ 52 minuta, 27 sekonda. Warajh Luca Vella u Tristan Micallef kienu qedin jiġġieldu għat-tieni post. Vella b’mod konsistenti ħa t-tieni post f’kull dehra tiegħu f’dawn il-kampjonati u wera li  ma kienx se jċedi faċilment. Huwa waqqaf it-tentattiv ta’ Micallef meta daħal fit-tieni post b’distakk ta’ tlett sekondi.

Martina Micallef ħarġet rebbieħa tat-tellieqa meta għaddiet lil Roanna Farrugia bi kważi minuta. Iż-żewġ għawwiema kienu preżenza konsistenti fil-Kampjonati u t-tnejn kienu ilhom jisfidaw lil xulxin. It-tielet post fuq il-podju ttieħed minn Lara Meli.

L-aħħar tellieqa tal-Kampjonati Garmin BSJ Open Water Swimming ser jsir nhar l-Erbgħa 31 ta’ Awwissu fil-5pm.

Dan l-avveniment qed isir flok it-tiġrija skedata fit-3 ta’ Awwissu li kellha tiġi posposta minħabba vandaliżmu li sar fuq il-propjetà tal-Klabb.  Din it-tiġrija se tinkludi wkoll distanza ta’ 4km għall-għawwiema li ma setgħux ikunu preżenti fl-24 ta’ Awwissu. L-għan tal-4km fil-31 ta’ Awwissu huwa li jinkiseb ħin ta’ kwalifika għall-għawwiema li jixtiequ jieħdu seħem fil-għawm bejn Malta u Għawdex f’Settembru,  u mhux se jiġu kkunsidrati għall-klassifikazzjoni finali tal-kampjonati nazzjonali.

 IrġielNisa
1Dylan Cachia (52.27)Martina Micallef (1:03:18)
2Luca Vella (55:00)Roanna Farrugia (1:04:24)
3Tristan Micallef (55:03)Lara Meli (1:17:05