Futbol Sport

Fiorentina u Napoli jtemmu fi draw… Tasal l-ewwel rebħa għal Salernitana

(Ritratt: EPA)

Ebda gowl f’waħda mill-partiti ewlenin ta’ tmiem il-ġimgħa. Matul l-ewwel taqsima bid-difiżi rispettivi deċiżi li jżommu l-iskor intatt, wara li Luciano Spalletti kien ammonit minn Livio Marinelli, fit-43 minuta b’Napoli fuq l-offensiva Victor Osimhen għeleb lil Pierluigi Gollini. Marinelli kkonsulta l-VAR u ħassar il-gowl minħabba offside. L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess b’ Gollini u Alex Meret jżommu l-iskor intatt u fl-istess waqt iż-żewġ timijiet baqgħu mhux megħluba f’din l-ewwel fażi tal-Kampjonat.

L-ewwel rebħa fil-Kampjonat għal Salernitana li kif jindika l-iskor kienet meritata u fl-istess waqt ħarġet fil-beraħ il-limitazzjoni ta’ Sampdoria fil-Kampjonat ta’ din is-sena. B’Salernitana fuq l-offensiva wara biss 10 minuti fetħu l-iskor permezz ta’ BOULAYE DIA bil-gowl konvalidat bil-VAR mir-referee Davide Massa. Ebda reazzjoni minn Sampdoria li fis-16 il-minuta sofrew it-tieni gowl meta minn azzjoni fa’ Pasquale Mazzocchi kien FEDERICO BONAZZOLI li għeleb mill-ġdid lil Emil Audero. Riżultat li biħ intemmet wkoll l-ewwel taqsima. Matul it-tieni taqsima l-andament kien l-istess tant li fil-50 minuta minn azzjoni ta’ Lassana Coulibaly kien TONNY VILHENA li għamel l-iskor 3 – 0. L-aħħar gowl wasal fis-76 minuta permezz ta’ ERIK BOTHEIM minn pass ta’ Dia.

Bilanc assolut matul l-ewwel taqsima b’mumenti fallużi bil-kowc ta’ Atalanta Giampiero Gasperini saħansitra jkun ammonit mir-referee Alessandro Prontera. B’Atalanta fuq l-offensiva fil-50 minuta fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ Marten de Roon kien TEUN KOOPMEINERS li għeleb lil Lorenzo Montipo. Gowl li kien biżżejjed għal Atalanta bit-tieni rebħa tal-istaġun biex żammew il-pass mat-timijiet ta’ ras il-klassifika.

Bilanċ assolut fl-ewwel fażi tal-partita bejn Empoli u Lecce bid-differenza li fit-23 minuta Empoli marru fil-vantaġġ meta b’azzjoni personali FABIANO PARISI għeleb lil Wladimiro Falcone. Reazzjoni immedjata minn Lecce li fl-40 minuta għamlu l-iskor 1 – 1 meta minn pass ta’ Lameck Banda kien GABRIEL STREFEZZA li għeleb lil Guglielmo Vicario. 1 – 1 sa tmiem l-ewwel taqsima u eventwalment riżultat li biħ intemmet il-partita minkejja li Empoli kellhom sa 65% pussess.

SERIE A

Il-Ġimgħa: Monza v Udinese 1-2, Lazio v Inter 3-1 Ilbieraħ: Juventus v Roma 1-1, Cremonese v Torino 1-2, Spezia v Sassuolo 2-2, Milan v Bologna 2-0 Illum: Verona v Atalanta 0-1, Salernitana v Sampdoria 4-0, Lecce v Empoli 1-1
Fiorentina v Napoli 0-0