“Irridu nikkunsidraw kull possibilta u kull għażla, speċjament għażliet ‘radikali’”. Hekk stqarret Liz Truss waħda miz-zewg kandidati fil-Partit Konservattiv li qiegħdin jissieltu għall-irwol ta’ Prim Ministru fi ħdan il-Gvern Brittaniku.
Waqt wieħed mill-meetings politiċi tagħha Liz Truss iddikjarat li jekk tiġi eletta f’din il-kariga, waħda mill-ewwel prijoritjiet tagħha se tkun li tgħin lill-familji Brittaniċi fejn tidħol l-għoli tal-ħajja.
Truss stqaret li se tagħmel dan billi tnaqqas il-VAT tar-Renju Unit minn 20% għal 15%, bir-riżulatat li l-familji Brittaniċi jkollom £1,300 żejda fis-sena.
Madankollu, mhux kullħadd kien kuntent b’din id-dikjarazzjoni minn naħa ta’ Truss, hekk kif ir-rivali tagħha Rishi Sunak, li wkoll qiegħed jikkompeti għall-kariga ta’ Prim Ministru tar-Renju Unit, saħaq li deċiżjoni bħal din se tkompli iżżid l-inflazzjoni fil-pajjiż, b’Sunak saħansitra jgħid li din hija proposta ‘rigressiva’.
//= $special ?>