Il-Ministeru tad-Difiża fir-Renju Unit mhux jistenna li l-espansjoni ppjanata tal-qawwiet tar-Russja għandha tħalli impatt partikulari għall-gwerra li għaddejja bħalissa fl-Ukrajna.
Dan wara li l-President Russu, Vladimir Putin, iffirma digriet biex il-qawwiet armati ta’ pajjiżu jiżdiedu għal aktar minn 1.15-il miljun membru ( f’dan il-każ żieda potenzjali ta’ 137,000 element).
Madankollu, ir-Renju Unit qed jgħid li ftit hemm probabbiltà li ż-żieda tirrendi l-magna tal-gwerra ta’ Putin aktar effettiva — u meta l-qawwiet Russi fl-Ukrajna qegħdin ikomplu jġarrbu t-telfiet kbar.
Id-digriet ta’ Putin kien ikkonfermat waqt sejħa għal rekluti għal mal-militar Russu u meta l-uffiċjali nkarigati mir-reklutaġġ kienu qed iżuru l-kumplessi tal-ħabs fejn wiegħdu l-flus u l-libertà lill-ħabsin biex imorru jiġġieldu fl-Ukrajna.
//= $special ?>

