Iċ-Ċina, fl-aħħar sigħat, kienet qed issegwi l-movimenti ta’ żewġ bastimenti tal-gwerra tal-Istati Uniti li kienu qed jivvjaġġaw miz-zona marittima ‘il hinn mit-Tajwan u li hi magħrufa bħala t-Taiwan Strait. L-Istati Uniti qalet li l- cruisers USS Antietam u l-USS Chancellorsville qegħdin jissimbolizzaw id-dritt ħieles għal navigazzjoni mill-ibħra internazzjonali — u meta ċ-Ċina qed tqis dawn l-azzjonijiet bħala provokattivi.
Din kienet l-ewwel preżenza ta’ vapuri tal-gwerra Amerikani fiz-zona mindu rrankat it-tensjoni maċ-Ċina minħabba ż-żjara fit-Tajwan, ġimgħat ilu, mingħand l-iSpeaker tal-Kamra Amerikana tar-Rappreżentanti, Nancy Pelosi.
Iċ-Ċina qed tirriserva d-dritt li tieħu lura lit-Tajwan bil-forza f’każ li tqis dan il-pass bħala neċessarju. U waqt li l-Gvern komunista Ċiniż iqis it-Tajwan bħala parti miċ-Ċina, il-qawwiet ta’ Beijing, fl-aħħar jiem, kienu organizzaw sensiela ta’ eżerċizzji militari bi ‘tweġiba’ għaż-żjara ta’ Pelosi.
Fl-aħħar snin – u qabel din is-sitwazzjoni — il-bastimenti tan-Navy Amerikan u ta’ qawwiet tal-baħar oħrajn kienu għaddew bħala rutina mit-Taiwan Strait.
//= $special ?>

