Fl-aktar partita mistennija mit-tielet ġurnata tal-kampjonat tas-Serie A fl-Italja, Juventus u Roma spiċċaw fi dro ta’ 1-1 fl-Allianz Stadium f’Turin. Juventus fetħu l-iskor kmieni wara biss żewġ minuti minn free kick dirett ta’ Dusan Vlahovic li x-xutt b’saħħtu tiegħu spiċċa fl-angolu u b’Rui Patricio li ma’ seta jgħamel xejn. Fil-25 miunta gowl mill-isbaħ ta’ Locatelli kien imħassar mill-VAR hekk kif fl-istess azzjoni Vlahovic deher imiss il-ballun b’idu.
Bil-logħob li deher qed ikun maqsum fit-tieni taqsima, fid-69 minuta Roma ġabu d-dro meta l-eks Paulo Dybala irċieva ballun minn korner fuq it-tieni lasta li tefa’ mill-ewwel lejn Tammy Abraham li bir-ras mill-viċin tefa’ ġewwa.
Fil-partiti l-oħra Milan għelbu lil Bologna 2-0 f’San Siro b’gowls minn Rafael Leao fil-21 minuta u Oliver Giroud fit-58 minuta u Torino rebħu barra minn darhom kontra Cremonese 2-1. Għal Torino skorjaw Nikola Vlasic fis-17-il minuta u Nemanja Radonjic fil-65 minuta filwaqt li Cremonese skorjaw fit-80 minuta permezz ta’ Leonardo Sernicola.

Spezia u Sassuolo spiċċaw fi dro ta’ 2-2 fi Stadio Alberto Picco fejn fis-27 minuta Sassuolo marru minn fuq permezz ta’ Davide Frattesi biex tliet minuti wara Simone Bastoni ġab il-gowl tad-dro għal Spezia. M’ Bala Nzola tefa’ lil Spezia fil-vantaġġ minn penalty fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima u fil-50 minuta Andrea Pianmonti reġa’ ġab l-iskor indaqs għal Sassuolo.
//= $special ?>