“Kulħadd jixraqlu li jkollu kwalità ta’ ħajja tajba u aħjar. U rridu nindirizzaw bla telf ta’ zmien l-isfida tal-faqar illi sploda f’pajjizna”. Sostna dan il-Kap tal-PN Bernard Grech meta f’messagg fuq il-media socjali irrefera ghar-realta xokkanti li qed jaffacjaw hafna familji – relata li tefghet dawl fuqha il-gazzetta ‘illum’ bit-titlu “IL-FAQAR SPLODA”
Bil-Kap tal-PN jappella lill-PM sabiex ma jhallix din is-sitwazzjoni tkompli tmur għall-agħar. Iż-żieda fil-prezzijiet, b’mod partikolari tal-aktar affarijiet bażiċi u essenzjali hija t-tema fuq fomm kulħadd, aktar u aktar għax issa hemm individwi li qed jispiċċaw f’sitwazzjonijiet difficli…. tant li qed jiżdiedu dawk il-familji li qed ikollhom iduru fuq entitajiet u organizzazzjonijiet biex jgħinuhom, saħansitra biex jieklu.
Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma’ persuni li jmissu b’idejhom dawn il-problemi, fosthom ma’ dawk li jaħdmu f’foodbanks, entittajiet l joffru appoġġ u anke ma’ diversi parroċċi. Fost dawn, Fr Hillary Tagliaferro, illi stqarr b’mod car li “Il-faqar żdied. U aktar individwi u familji qed jispiċċaw darahom mal-ħajt.”
U għal min jaħseb li l-faqar qed jolqot biss lill-barranin sejjer żbaljat stqarr Father Hilary, li kkonferma li l-maġġoranza tal-persuni li jmorru għall-għajnuna, għax mhux iħallqu biex jagħmlu xirja ikel, jixtru l-mediċini jew iħallsu l-kera, huma Maltin.
Mal-ILLUM, Fr Hillary fakkar kif fl-ahhar xhur żdiedu wkoll dawk il-persuni li ma għandhomx saqaf fuq rashom. U staqsa kif bhala pajjiz qed naċċettaw li 300 persuna jorqdu barra, saħansitra fuq il-bajjiet. Il-gazzetta Illum tkellmet ukoll ma’ Barbara Caruana, Manager tal-Lifeline Foundation illi spjegat kif minkejja li ħasbu li wara l-pandemija n-numru ta’ familji li kienu qed jgħinu se jonqos, fil-verità n-numru baqa’ għoli.
Dun Mark Andre Camilleri, li jmexxi l-parrocca ta’ Raħal Ġdid, minn naha tieghu ikkonferma mal-Illum li fl-aħħar xhur u ġimgħat kienu ħafna dawk il-familji u individwi li ressqu lejn il-parroċċa jitolbu l-għajnuna għax ma jistgħux ilaħħqu mal-ħajja.
Ikkummenta wkoll mal-Arċipriet ta’ Bormla, Dun Anton Cassar illi fisser kif il-parrocca tieghu qed tqassam xejn inqas minn 180 xirja fix-xahar lil dawk il-persuni u familji l-aktar fil-bzonn.