Lokali

Mara ssofri ġrieħi gravi wara inċident f’Pembroke

Mara ta’ 27 sena residenti l-Iklin sofriet ġrieħi gravi wara li kienet involuti f’inċident f’Pembroke. L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-tmienja u kwart fi Triq Alamein.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħ impatt bejn vann Toyota Hi-Ace misjuq minn raġel ta’ 43 sena residenti Pembroke u karozza Opel Adam misjuqa mill-vittma.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-isptar b’ambulanza. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.