Il-Ħadd intlagħabu erba’ logħbiet mill-ewwel ġurnata tal-kampjonat BOV Challenge League b’rebħiet għal San Ġwann u Żejtun Corinthians kontra Mtarfa u Attard rispettivament. Fiż-żewġ partiti l-oħra Swieqi u Żurrieq spiċċaw fi dro ta’ 2-2 filwaqt Qrendi u St. Andrews ukoll spiċċaw fi draw iżda ta’ mingħajr goals.
San Gwann 1-0 Mtarfa
Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal fit-42 minuta tal-ewwel taqsima skorjat minn Adam Falzon wara li għeleb lil Jean Matthias Vella
Zejtun Corinthians 4-1 Attard
L-iskor sa tmiem l-ewwel taqsima baqa’ dak ta’ mingħajr gowls bil-partita tieħu l-ħajja fit-tieni taqsima. Fis-60 minuta Żejtun fetħu l-iskor permezz ta‘ James Brincat sabiex ħames minuti wara kien Jairo Santos De Oliveira Filho li għeleb lil Zach Valletta għat 2-0 . Fl-74 minuta Clyde Borg mill-ġdid għeleb lil Valletta biex għalaq il-partita bir-raba’ gowl skorjat minn Kurt Borg fit-80 minuta. Attard naqqsu l-iskor fis-86 minuta permezz ta’ Brandon Bray li għeleb lil Sean Mintoff.
Swieqi 2- 2 Żurrieq
Wara biss 10 minuti Żurrieq fetħu l-iskor permezz ta’ Melvin Akingboye li għeleb lil Juan Pablo Morales Rengifo. Reazzjoni minn Swieqi United li fil-45 minuta kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ Johan Alberto Castano. Fil-bidu tat-tieni taqsima l-istess plejer għeleb lil Dunstan Zarb biex poġġa lil Swieqi fil-vantaġg. Żurrieq iżda kisbu l-gowl tad-draw fis-77 minuta permezz ta’ Jeremy Busuttil.
Qrendi 0-0 St.Andrews
Minkejja li Qrendi mill-51 minuta lagħbu bi plejer anqas wara li Fyodor Zammit kecca lil Jeremy Azzopardi, St.Andrews ma pprofittawx, bid-difiża ta’ Qrendi żżomm l-iskor intatt sa tmiem il-partita.
Riżultati:
Il-Ġimgħa:
Lija Athletic 1-2 Tarxien Rainbows
Is-Sibt:
Marsa 1-1 Vittoriosa Stars
Melita 2-1 Marsaskala
Naxxar Lions 1-2 Sliema Wanderers
Il-Ħadd:
San Ġwann 1-0 Mtarfa
Swieqi United 2-2 Żurrieq
Qrendi 0-0 St. Andrews
Żejtun Corinthians 4-1 Attard
Illum:
Mqabba vs Fgura United
//= $special ?>