Sport Sport Ieħor

Ċiklist mill-Kenya jmut waqt tellieqa fl-Istati Uniti

Iċ-ċiklist Kenjan Suleiman Kangangi tilef ħajtu waqt inċident f’tellieqa fl-Istati Uniti, matul il-jum tas-Sibt. Iċ-ċiklist ta’ 33 sena, li kien qed itellaq għal Team Amani, kien qed jikkompeti f’tellieqa f’Vermont, fir-reġjun ta’ New England, meta kien involut f’inċident fejn sfortunatament tilef ħajtu.

Kangangi temm fit-tielet post fit-Tour ta’ Rwanda fl-2017 meta kien qed isuq għat-tim Ġermaniż ta’ UCI Continental, Bike Aid. Madwar 900 ċiklist ħadu sehem fl-avveniment matul il-jum tas-Sibt, b’John Kariuki ta’ Amani jirbaħ it-tellieqa.