Internazzjonali

Ċkejkna ta’ tliet snin tibda tieħu n-nifs fit-tebut tagħha stess

Omm Messikana kellha tidfen lil bintha darbtejn wara li nnotat li bintha kienet għadha ħajja waqt li kienet fit-tebut għall-funeral tagħha stess… iżda ftit tal-minuti wara reġgħet ngħatat l-aħbar li bintha mietet waqt li kienet fi triqtha lejn l-isptar.

Kollox beda meta Camila Roxana Martinez Mendoza kienet qed tbati minn dardir u deni, bit-tabib tal-familja jirreferiha b’urġenza għall-isptar. Hemmhekk, hi ngħatat mediċina għal nuqqas ta’ ilma fil-ġisem u mediċina biex jinżel id-deni.

Madanakollu, il-ġenituri tagħha reġgħu ħaduha fi sptar ieħor hekk kif raw li l-kundizzjoni tat-tifla kienet sejra għall-agħar. Sfortunatament, jidher li l-kura li ngħatat f’dan l-isptar ħadet wisq fit-tul tant li t-tifla ġiet iddikjarata mejta.

Iżda kollox ħa xejra differenti meta omm Camila rrealizzat li bintha kienet qed tieħu n-nifs fit-tebut… bil-qraba jieħdu ferħa bla temma hekk kif it-tifla reġgħet ġiet iddikjarata uffiċjalment mejta għat-tieni darba ftit tal-minuti wara.

Investigazzjoni dwar il-mewta ta’ Camila qed issir hekk kif dan il-każ qed ikun meqjus bħala negliġenza minn naħa tat-tobba li ddijanjostikawha ħażin tant li ma ngħatatx il-kura meħtieġa biex tiġi salvata.