Coronavirus Lokali

COVID-19: 130 każi attivi f’pajjiżna

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 11-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’pajjiżna. Dan it-total hu l-ammont uffiċjali hekk kif is-self tests mhux neċessarjament qed jiġu rraportati lill-awtoritajiet.

Dan filwaqt li fiequ 26 persuna oħra. B’hekk it-total ta’ każi attivi hu dak ta’ 130.

Fortunatament, l-ebda persuna ma tilfet ħajjitha kaġun tal-virus. It-total ta’ vittmi f’pajjiżna jibqa’ dak ta’ 801.