F’sezzjoni A t-tim ta’ Pembroke A kien megħlub minn Żabbar St. Patrick bl-iskor ta’ 4-0 b’dopjetta ta’David Oliveira Souza u goals ta’ Francesco Gusman u Nestor Luis Silva . Fis-70 minuta l-istess David Oliveira Souza falla li jiskorja tripletta meta falla penalty għat-tim ta’ Żabbar St. Patrick. F’logħba bejn żewġ timijiet li kienu relegati miċ-Challenge League fl-istaġun li għadda, Senglea A għelbu lil Mġarr United b’goal skurjat minn Timothy John Thomas fl-34 minuta. Senglea A lagħbu għall-aħħar għaxar minuti bi player inqas meta fit-80 minuta Steven Meilak irċieva t-tieni karta safra. Kalkara United fetħu l-impenji tal-istaġun kontra Birżebbuġa St. Peters b’rebħa ta’ 2-0 bil-goals skurjati mill-captain Andrea Hammett u Jean Paul Formosa fis- 57 u fis-76 minuta rispettivament. It-tim ta’ Xgħajra Tornados għelbu lil Mellieħa b’penalty fis-25 minuta minn Aidan Agius Gilford u gowl ta’ Andre Mallia fit-68 minuta. Qormi minn naħa tagħhom għelbu lil Ta’ Xbiex b’żewġ goals fl-ewwel taqsima skurjati minn mill-captain Alexander Nilsson fis-7 minuta filwaqt li Ryan Sciberras irdoppja l-iskor fit-42 minuta.
Il-Ħadd intlgħabu tlett logħbiet minn sezzjoni B. Fl-ewwel logħba milgħuba bejn Luqa St. Andrew’s u St. George’s, il-logħba ntemmet bl-iskor ta’ 0-0 fejn għal St. George’s tkeċċa l-captain Irvin Abela bit-tieni karta safra fis-70 minuta. Siġġiewi għelbu lil Kirkop United bl-iskor ta’ 2-0. Fil-54 minuta tkeċċa Jacob Vincent Magri għal Siġġiewi u żewġ minuti wara l-istess Siġġiewi fetħu l-iskor minn Ronaldo Esteban Begambre Jaramillo. Fil-ħin mogħti żejjed Ryan Muscat issiġilla l-ewwel rebħa b’goal fit-92 minuta. Għaxaq għelbu lil Dingli Swallows b’goal waħdieni fid-19-il minuta skurjat minn Ryden Gatt.
//= $special ?>