Lokali

Ħaddiem iweġġà gravi f’fabbrika f’Raħal Ġdid

Ħaddiem kellu jiddaħħal l-Isptar Mater Dei minħabba li sofra xi ġrieħi fuq il-post tax-xogħol f’Raħal Ġdid. Il-każ seħħ it-Tnejn, għall-ħabta tas-siegħa ta’ wara nofsinhar, f’fabbrika fi Vjal Sir Paul Boffa, f’Raħal Ġdid.ż

Mill-investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li raġel ta’ 51 sena residenti Birżebbuġa, sofra xi ġrieħi meta inkiser xi ħġieġ li kien qed jaqta’ permezz ta’ makkinarju.

Huwa immedjatament ttieħed minn ħaddiema oħra fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid u permezz t’ambulanza ttieħed l-isptar fejn aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.