Lokali

Jittieħed l-Isptar wara inċident tat-traffiku fi Triq tal-Barrani

Sewwieq li kien qiegħed isuq mutur kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li involut f’inċident tat-traffiku. Il-Każ seħħ għall-ħabta tal-4.30 ta’ wara nofsinhar fi Triq tal-Barrani qrib it-traffic lights, bejn iż-Żejtun u Ħal Tarxien.

Mill-investigazzjonijiet preliminari li saru jidher li għal xi raġuni seħħet ħabta bejn vettura ta’ lewn blu u mutur u kaġun ta’ dan, is-sewwieq tal-mutur kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei b’urġenża għall-kura meħtieġa, iżda sa issa, il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.

Fuq il-post isejħu wkoll il-Pulizija, fejn f’post imtella fuq facebook appellaw lis-sewwieqa sabiex jevitaw din iż-żona hekk kif it-triq tinsab temporanjament magħluqa kawża tal-inċident.

Aktar informazzjoni hekk kif taslilna.