Lokali

Kulħadd għandu jgawdi mit-tkabbir ekonomiku – PN

Ritratt: Martin Agius

Fi stqarrija, il-PN insista illi filwaqt li ċ-ċifri li bihom qed tikber l-Ekonomija huma sbieħ, jekk l-Ekonomija verament qed tikber, il-Gvern għandu jassigura li t-tkabbir igawdi minnu kulħadd u tkun indirizzata l-problema tal-għoli tal-ħajja.

L-istqarrija ħarġet mid-Deputat tal-PN Ivan J Bartolo, wara li l-Prim Ministru mar fuq il-media soċjali jiftaħar bir-riżultati ekonomiċi.