Kumpanija tal-inbejjed qed toffri inbid b’xejn għal 30 persuna fuq sena sħiħa la darba wieħed jagħti idea perfetta ta’ fejn jistgħu jiftħu ħwienet ġodda madwar ir-Renju Unit.
Il-kumpanija bl-isem ta’ Majestic għandha 201 ħanut madwar ir-Renju Unit kollu iżda issa qed timmira li tiftaħ iktar ħwienet f’76 postijiet oħra. Dan minkejja l-kriżi finanzjarja li l-pajjiż għaddej minnha.
Kelliem għall-kumpanija qal kif numru kbir ta’ persuni qed jerġgħu jibdew iżuru l-ħwienet b’mod fiżiku biex jitkellmu mal-ħaddiema tagħhom dwar l-aqwa inbejjed.
//= $special ?>