L-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel flimkien mal-infermier Rhys Xuereb, resqet protest ġudizzjarju sabiex b’effett immedjat tiġi revokata s-sospensjoni u jkun jista’ jirritorna għax-xogħol tiegħu ta’ infermier.
Ryhs Xuereb kien ġie sospiż minn xogħlu hekk kif il-konklużjoni tal-inkjesta tal-Maġistrat Valencia semmiet kif in-negliġenza min-naħa tiegħu wasslet biex Karmenu Fino ħarab minn San Vincenz de Paul.
Dakinhar li ħarab Karmenu Fino, Rhys Xuereb kien l-uniku nurse li kien xogħol. Dan meta suppost kien hemm minn tal-inqas zewġ infermieri ‘on duty’.
Xuereb kien qal li dak li ħareġ mill-inkjesta huwa turija ċara li sar frame-up fuqu filwaqt li l-President tal-MUMN Paul Pace qal li r-rapport li ħareġ wara li saret l-inkjesta huwa wieħed fażul. U insista li huwa inaċċettabbli li infermiew jeħel kollox hu; bil-Ministru spiċċa ma ġarr ebda responsabbiltà għal dak li seħħ. Paul Pace talab ukoll biex l-inkjesta terġa’ ssir mill-ġdid.
L-MUMN kienet ordnat numru ta’ direttivi oħra ma’ dawk li bħalissa hemm fis-seħħ; fosthom li l-infermiera m’għandhom għall-ebda raġuni jiċemplu lill-qraba… u ma jimlewx certi dokumenti.
Bħalissa mhux qed isiru admissions sakemm fis-swali ma jkunx hemm 30 pazjent jew inqas u jkun hemm żewġ nurses matul il-lejl.
Il-President tal-MUMN minn naha tiegħu għamilha ċara li l-ebda direttiva li daħlet fis-seħħ ma tipperikola s-saħħa tal-anzjani.
Wara li seħħ dan l-inċident, 90 resident ta’ San Vincenz de Paul tpoġġew taħt constant watch f’tentattiv sabiex incidenti simili ma jerġgħux iseħħu. Apparti dan, mhux l-anzjani kollha qed jitħallew imorru fejn iridu fir-residenza tagħhom stess. Minbarra l-infermier Rhys Xuereb, kienu sospiżi wkoll b’nofs paga, sitt ħaddiema oħra – erba’ uffiċjali tas-sigurtà u żewġ carers.