Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa Mark Gatt sejjaħ skwadra ta’ 22 plejer għall-partiti li jmissu t-tim nazzjonali kontra l-Azerbaijan u l-Montenegro. Dawn se jkunu l-aħħar żewġ partiti mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2023.
Malta tilgħab l-ewwel partita kontra l-Azerbaijan, fis-Centenary Stadium nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Settembru, bit-tieni partita kontra l-Montenegro tintlagħab it-Tlieta 6 ta’ Settembru, f’Podgorica.
L-iskwadra msejjħa:
Goalkeepers: Patricia Ebejer (Mġarr United), Janice Xuereb (Birkirkara),
Difensuri: Rebecca Bajada, Maia Debono (Mġarr United), Jessica Dimech, Jade Flask, Jade Schembri (Swieqi United), Stephania Farrugia, Ann-Marie Said, Charlene Zammit (Birkirkara), Nicole Sciberras (Hibernians),
Midfielders: Rachel Cuschieri (Sampdoria, Italy), Emma Lipman (Como, Italy), Maya Lucia (Raiders Lija), Alishia Sultana (Birkirkara), Dorianne Theuma, Shona Zammit (Swieqi United),
Attakkanti: Brenda Borg (Mġarr United), Haley Bugeja (Orlando Pride, United States), Ylenia Carabott (Gillingham, England), Maria Farrugia (Durham, England), Emma Xuereb (Swieqi United)
//= $special ?>