Il-Maġistrat Rachel Montebello semgħet xhieda xokkanti dwar kif Ministru tal-gvern li baqa’ ma ssemmiet spiċċa mplikat f’każ ta’ korruzzjoni tat-test tat-teorija tas-sewqan li jinvolvi tliet uffiċjali ta’ Transport Malta akkużati li għenu lis-sewwieqa li biex iqarrqu fl-eżami.
L-għajnuna b’mod malinn ingħatat lil uħud minn dawk li kienu qed jaħdmu fil-villa tal-Ministru, mill-anqas kienu ħamsa l-kandidati li qarrqu fl-eżami li kienu jagħmlu x-xogħol għall-Ministru. Madankollu minn dak li ħareġ fil-Qorti jidher li kienu jsiru telefonati simili minn għadd ta’ Ministeri.
Clint Mansueto ta’ 40 sena, direttur ta’ Transport Malta, u l-uffiċjali Raul Antonio Pace ta’ 35 u Philip Edrick Zammit ta’ 23 sena, ċaħdu akkużi ta’ korruzzjoni meta bdiet tinstema’ l-kawża kontrihom, b’Manseuto iġorr l-aktar il-piż minħabba l-kariga li għandu.
Il-Qorti semgħet kif Mansueto qal lill-pulizija meta ppressat minn għadd ta’ mistoqsijiet li ħassu “pressjoni” biex jgħin lil ċerti nies jgħaddu mit-test “għax kienu qed jaħdmu f’villa ta’ ministru tal-gvern”. Meta l-pulizija fuq il-mobile tiegħu għamlet il-verifiki neċċessarji, ġie żvelat ukoll ‘chats’ ma’ nies marbuta ma’ partit politiku li jipprovdu informazzjoni dwar kandidati li kellhom jgħaddu mit-test tas-sewqan tagħhom.
L-investigazzjonijiet dwar it-tliet akkużati bdew fuq email mibgħuta lill-pulizija fl-2020. Dik l-email intbagħtet minn persuna li s-servizzi tagħha kienu mfittxija regolarment mill-awtorità tat-trasport biex tassisti kandidati barranin li ma kinux jafu l-Malti jew l-Ingliż waqt it-test tat-teorija.
Test tat-teorija u test prattiku huma meħtieġa biex tinkiseb liċenzja tas-sewqan. Ix-xogħol tat-traduttur huwa li jaqra u jittraduċi mistoqsijiet iżda t-traduttur sostna li Mansueto kkuntattjah diversi drabi biex jistaqsih jindika t-tweġiba t-tajba lill-istudenti.
Mansueto kien isejjaħlu fl-uffiċċju tiegħu fil-Floriana u jgħidlu li “wieħed jew tnejn minnhom għandhom bżonn l-għajnuna” u li kellu jagħti ħjiel dwar it-tweġiba t-tajba. “Jien obbligat u marbut rigward dan kollu għaliex kont qed nirċievi talbiet dwarhom mill-ministeri,” qal Mansueto.
Tnejn minn dawk il-kandidati kienu ta’ nazzjonalità Pakistana u Albaniż, filwaqt l-ieħor kien Malti. Il-Pakistani allegatament għadda mit-test wara li t-traduttur għenu bit-tweġibiet korretti. L-Albaniż kien bl-istess mod megħjun. Zammit allegatament kien preżenti sakemm spiċċaw it-testijiet.
Ħlasijiet kienu jsiru f’dawn il-każijiet, fil-fatt it-traduttur irċieva ħlas fi flus kontanti mingħand Mansueto. Dettalji dwar l-allegat korruzzjoni lampanti ħarġu fil-Qorti meta fl-ewwel seduta xehed fit-tul l-Ispettur Wayne Borg, li spjega kif l-investigazzjonijiet tal-pulizija bdew wara dik l-email tat-traduttur.
Meta kien interrogat, Mansueto qal lill-pulizija li kien “pressat” biex jgħin lil ċerti ċittadini Għarab għax kienu “jaħdmu fi villa li tappartjeni lil Ministru tal-gvern”. Il-Pulizija ntraċċat ukoll messaġġ bil-mobile mibgħut lill-ministru li jilmenta dwar diffikultajiet li jiffaċċja kandidat barrani biex isib traduttur u l-messaġġ tal-ministru bi tweġiba.
Il-Pulizija fittxew fl-uffiċċju ta’ Mansueto f’Transport Malta fejn skoprew żewġ djarji li fihom diversi ismijiet, numri tal-ID u dati ta’ eżamijiet tas-sewqan relattivi. Il-mobile tiegħu żvela wkoll ‘chats’ ma’ nies marbuta ma’ partit politiku li jipprovdu informazzjoni dwar kandidati li kellhom jgħaddu mit-test tas-sewqan tagħhom.
Il-partit politiku ma ġiex imsemmi fil-qorti. Chats oħrajn bejn Pace u d-direttur tiegħu kien fihom messaġġi fejn Pace staqsa jekk “kienux kandidati li jeħtieġu imbuttatura.” Eżaminaturi li kienu qed jagħmlu eżamijiet tas-sewqan qalu lill-investigaturi li Mansueto u Pace xi drabi kienu jibagħtu għalihom filgħodu, u b’hekk jimmarkaw lista ta’ kandidati li għandhom bżonn l-għajnuna. Xi wħud minn dawk l-eżaminaturi kienu ġodda u “beżgħu jgħidu le, peress li beżgħu li jitilfu xogħolhom,” qal l-ispettur.
Fost il-persuni li mmarkaw l-ismijiet tal-kandidati lil Mansueto kien hemm eks superjur tiegħu, Daniel Gouder, li kien għen meta applika għall-kariga ta’ direttur. Qabel ma għamel l-eżami tiegħu stess f’Ottubru 2020, Gouder kien bagħat lil Mansueto screenshot tal-iskeda tal-punteġġ, li ddawwar il-mistoqsijiet li l-kandidat kellu jiffoka fuqhom.
Għalhekk Mansueto ġie megħjun b’mod inġust għall-iżvantaġġ tal-kandidati l-oħra meta mar għall-kariga ta’ direttur tiegħu, qal ix-xhud. “Kien wieħed jgħin lill-ieħor,” qal l-ispettur. Iben Gouder kien allegatament megħjun ukoll fit-test prattiku tiegħu minn eżaminatur magħżul minn Mansueto.
Il-każ se jkompli fil-15 ta’ Settembru fil-11.15 am. meta d-difiża mistennija tagħmel il-kontro-eżami. L-Avukati Arthur Azzopardi u Jacob Magri deheru għal Clint Mansueto, għal Raul Antonio Pace deheru l-Avukati Joe Giglio u Roberta Bonello u l-Avukat Herman Mula deher għal Philip Edrick Zammit.