Matul il-lejl tal-jum tat-Tnejn, l-attakkant ta’ Barcelona Pierre Emerick-Aubameyang kien vittma ta’ serqa vjolenti mir-residenza tiegħu f’Castelldefels. Mir-rapporti fil-media Spanjola jidher li persuni armati daħlu fir-residenza ta’ Aubameyang u saħansitra kienu vjolenti fil-konfront tal-attakkant u martu.
Jidher li l-persuni armati telqu minn fuq il-post bil-ġojjelerija, bil-club ta’ Barcelona joħorġu stqarrija li l-attakkant Gaboniż u martu jinsabu tajbin.
//= $special ?>