Il-Pulizija għadha għaddejja bit-tfittxija tagħha għal Ramzi Abdulhafid, li huwa suspettat bil-qtil ta’ Mario Farrugia fost lista twila ta’ reati oħra.
Il-Pulizija terġa’ tfakkar biex kull min għandu xi informazzjoni, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali permezz ta’ messenger jew fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 u jiġi kwotat in-numru 6/2022.