Lokali Qorti Transport

Robert Abela għandu jara li l-Ministru msemmi fil-każ ta’ korruzzjoni fi Transport Malta għandu jirriżenja – PN

Il-Partit Nazzjonalista mingħajr ma jidħol fil-mertu tal-każ u fl-estremi ta’ ħtija kriminali jew le skont dak rappurtat mill-media, il-Prim Ministru għandu minnufih jikkonferma min hu l-ministru konċernat fil-każ ta’ allegat korruzzjoni fit-testijiet tal-liċenzja tas-sewqan. 

Dan qalu l-PN fi stqarrija maħruġa mid-deputat Nazzjonalista Adrian Delia.

Il-PN insista li r-riżenja għandha isseħħ fl-aqwa interess tat-trasparenza u sakemm ma jkun hemm ebda dubju dwar l-istess ministru, il-ministru li għalih qed issir referenza għandu jerfa’ r-responsabbliltá politika u jirreżenja minnufih sakemm jitnaddaf ismu.