Lokali

Stennija għal reunion bejn l-eks studenti tal-Liċeo Vassalli tal-Ħandaq

Nostalġija liema bħalha hekk kif żewġ membri parlamentari reġgħu rifsu mill-għatba ‘l ġewwa tal-iskola li tant tathom memoriji u ħbiberiji.

It-Tnejn filgħodu, il-Kelliem tal-PN għall-Agrikoltura u s-Sajd, Toni Bezzina u l-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, Stefan Zrinzo Azzopardi ngħaqdu flimkien u daru l-iskola li darba kienet it-tieni dar tagħhom, il-Liċeo Vassalli fil-Ħandaq.

Toni Bezzina, li kien studenti f’din l-istess skola bejn l-1981 u l-1985 spjegalna l-iskop wara din ir-reunion, kemm għal l-istudenti u anke l-għalliema.

Stefan Zrinzo Azzopardi minn naħa tiegħu stqarr illi ma jistax jemmen li għadda daqshekk żmien meta hu stess kien student fil-Liċeo.

Is-surmast tal-iskola, Alex Pizzuto spjega x-xogħol u dedikazzjoni ma taqta’ xejn mill-għalliema tal-iskola, inkluz dawk li daħlu riċenti biex jippreparaw lit-tfal fejn tidħol id-dinja tax-xogħol, bħal xogħlijiet fil-ħwienet u l-lukandi.

Net News tkellem mal-Head of Network, Doreen Said Pace illi appellat lill-eks studenti sabiex iwasslu messaġġ posittiv għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Ir-reunion se ssir fit-13 ta’ Settembru fl-iskola stess fejn wieħed se jkollu l-opportunità li jerġa’ jġedded il-memorji tat-tfulija. Għal iktar informazzjoni agħfas hawnhekk biex tibbukja post.