Fil-Konċistorju li bħalissa qed isir fil-Vatikan, il-Kardinali minn madwar id-dinja kollha qed jiltaqgħu mal-Papa Franġisku sabiex jirriflettu fuq riformi li hemm bżonn isiru fil-Knisja…. filwaqt li qed jiddiskutu wkoll id-dati tal-kanonizzazzjonijiet għal żewġ beati ġodda. Matul dawn il-jiem, inħatru wkoll 20 Kardinal ġdid.
Dan il-konċistorju, li huwa t-tmien wieħed tal-Papa preżenti, li jintemm it-Tlieta qed ilaqqa’ madwar 200 kardinal ġejjin mill-ħames kontinenti.
Bħalissa madwar d-dinja hemm total ta’ 226 Kardinal li 62% minnhom ħatarhom il-Papa Frangisku. 48 huma Taljani filwaqt li hemm biss Kardinal wieħed li huwa Malti… il-Kardinal Mario Grech.
Fattur interessantati hu li mhux il-Kardinali kollha jkunu eleġibbli li jivvutaw fil-Konklavi għall-ħatra ta’ Papa ġdid. U f’każ li jkun hemm bżonn jiġi elett Papa…bħalissa jistgħu jivvutaw biss 132, li għandhom inqas minn 80 sena.
Matul dawn il-jiem, il-Kardinali l-ġodda flimkien ma’ Papa Franġisku kellhom ukoll laqgħa mal-Papa Benedittu XVI.