Futbol Sport

Bournemouth ikeċċu lil Scott Parker

(Ritratt: EPA)

Wara l-ewwel erba’ logħbiet mill-kampjonat Ingliż, il-klabb tal-Premier League Bournemouth keċċa lil coach Scott Parker. Dan l-istaġun it-tim ta’ Bournemouth rebaħ logħba u tilef tliet logħbiet, bl-aħħar logħba tkun telfa kbira ta’ 9-0 nhar is-Sibt li għadda kontra Liverpool. Fl-istaġun li għadda Scott Parker wassal lit-tim ta’ Bournemouth fit-tieni post taċ-Championship, bit-tim promoss għal Premier League wara nuqqas ta’ sentejn.

Gary O’Neil inħatar interim u se jkun assistit minn Shaun Cooper u Tommy Elphick. It-tim ta’ Bournemouth jerġa’ jkun fl-azzjoni għada l-Erbgħa meta jilqgħu f’darhom lil Wolves li jinsabu punt taħthom fil-klassifika.