Futbol Sport

Challenge League: Rebħa kbira għal Fgura U kontra Mqabba

Fl-aħħar logħba mill-ewwel ġurnata taċ-Challenge League, it-tim ta’ Fgura United għeleb mingħajr diffikultà lit-tim ta’ Mqabba bl-iskor ta’ 6-0. Fgura aċċertaw ir-rebħa sal-ewwel taqsima meta daħlu jistrieħu b’vantaġġ komdu ta’ ħames goals. F’din il-logħba spikkaw il-players Aroldo Da Silva Arruda li skurja tripletta u dopjetta ta’ Dylan Caruana.

Kien Matthew Brincat li fetaħ l-iskor fit-23 minuta, filwaqt li f’temp ta’ 14-il minuta, fid-29, fil-41 u fit-43 minuta, il-player brażiljan Arruda skurja tliet darbiet. Fit-33 minuta Dylan Grima skurja minn xutt minn barra l-kaxxa. Fil-55 minuta tkeċċa l-player ta’ Mqabba Angel Manuel Bustos għat-tieni karta safra biex fit-68 minuta Dylan Grima jiskora t-tieni goal personali u s-sitt wieħed għal Fgura.