Lokali Parlament

Ħatra internazzjonali għad-deputat Nazzjonalista Darren Carabott

Il-President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi u Deputat Nazzjonalista Darren Carabott għadu kif ġie elett bħala Membru fl-Eżekuttiv tal-Commonwealth Association for Public Accounts Committees (CAPAC).

B’hekk, Malta issa għandha rappreżentanza fuq l-Eżekuttiv ta’ Assoċjazzjoni li tippromwovi l-governanza tajba u tappoġġja lill-Kumitati dwar il-Kontijiet Pubbliċi ta’ 52 pajjiż differenti minn madwar id-dinja, fosthom dawk tar-Renju Unit, l-Awstralja u New Zealand fost oħrajn.

Darren Carabott isegwi żewġ Membri Parlamentari Nazzjonalisti li fil-passat ukoll servew fis-CAPAC, Tonio Fenech u Beppe Fenech Adami.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech awgura lid-Deputat Nazzjonalista għal din il-ħatra ġdida.