Internazzjonali

Iljuni joqtlu raġel wara li pprova jisraq żewġ frieħ ta’ iljuni rari f’zoo fil-Ghana

Raġel inqatel minn żewġ iljuni wara li daħal f’zoo ħdejn l-iljuni f’Accra, il-Ghana.

L-awtoritajiet qed jissuspettaw li r-raġel ipprova jisraq żewġ frieħ ta’ iljuni rari li twieldu Novembru l’għadda.

Iz-zoo jinsab magħluq temporanjament għall-pubbliku wara s-sejba tar-raġel.

Fil-gaġġa kien hemm żewġ iljuni u ż-żewġ t’ifrieh tagħhom.