Internazzjonali

Imut ir-raġel li għix l-aħħar 26 sena ta’ ħajtu kompletament waħdu fil-Brażil

L-awtoritajiet fil-Brażil qalu li raġel li għix f’iżolazzjoni għall-aħħar 26 sena ta’ ħajtu miet fl-aħħar ġranet. Dan ifisser li miegħu miet tribu hekk kif kien l-aħħar persuna li kien għadu ħaj.

Ir-raġel kien magħruf bħala ‘Man of the Hole’ hekk kif kien iħaffer il-ħofor jew biex jaqbad l-annimali għall-ikel jew biex użahom bħala postijiet biex jistaħba.

Hu nstab mejjet fl-età ta’ madwar 60 sena fuq hammock biswit waħda minn 50 kmamar mibnija mit-tiben li kien bena hu stess.

Ir-raġel kien spiċċa jgħix waħdu wara li fis-snin sebgħin, il-maġġoranza tal-persuni fit-tribu tiegħu nqatlu minn nies li riedu jkabbru l-art tagħhom. Imbagħad, fl-1995, sitt membri mit-tribu nqattlu minn minaturi llegali, bir-raġel jirnexxilu jiskappa l-attakk b’riżultat li spiċċa l-aħħar membru fit-tribu.

L-awtoritajiet fil-Brazil saru jafu li kien għadu ħaj sena wara fejn minn hemmhekk ittieħdet id-deċiżjoni li jibdew isegwu ż-żona għas-sigurtà tiegħu.

A photo of one of the straw huts built by the Man of the Hole