Lokali Qorti

Jammetti li weġġa’ u hedded lis-sieħba tiegħu

Sirjan ta’ 28 sena residenti Ħal Qormi ġie lliberat bil-kundizzjoni li ma jikkommettiex reat ieħor fi żmien tliet snin li ġejjin wara li ammetta li weġġa’ u hedded lis-sieħba tiegħu. Bael Haj ammetta quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella, li fil-21 ta’ Awwissu kkaġġuna lis-sieħba tiegħu biża’ li se tintuża vjolenza kontriha u li darabha ħafif f’żewġ okkażjonijiet.

Fis-sentenza tagħha, il-Qorti qieset in-natura tar-reati mwettqa mill-akkużat, il-kondotta tiegħu li hija nadifa u l-ammissjoni bikrija tiegħu. Il-Qorti sabitu ħati fuq ammissjoni bikrija iżda fiċ-ċirksotanzi tal-każ qalet li mhux addattat li timponi piena jew ordni ta’ probation jew ta’ servizz fil-komunità.

Għaldaqstant, hija illiberatu bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor matul it-tliet snin li ġejjin. Hija ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma għal tliet snin ukoll. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Omar Zammit.