Futbol Sport

Johan Attard jirbaħ l-ewwel International Rules Tournament

Johan Attard kiseb it-tieni suċċess tiegħu f’dan l-istaġun meta ġewwa l-Kazin Banda San Ġorg rebaħ l-ewwel International Rules Tournament organizzat mill-Malta Pool Association. 

Fil-finali huwa għeleb lil Dejan Grech bl-iskor ta’ 8-6.  Il-finali ntlaghabet ġewwa l-Arena ġdida tal-assoċjazzjoni b’ innovazzjonijiet diġitali godda. Attard fetah vantagg ta’ 4 frames bi Grech jirkupra tajjeb u jaghmel l-iskor 4-3.  Pero dan ma kienx bizejjed biex iwaqqaf lil Attard li għamel numru ta’ clearances bi stil eleganti u kiseb ir-rebħ tat-titlu biex b’hekk issa kiseb post fil-playoffs tar-rebbieħa li jistgħu jirbħu partiċipazzjoni internazzjonali fl-Ultimate Professionals Tour li jintlagħab ġewwa l-Ingilerra.  It-tieni serje tal-International Rules ser tintlaghab bejn it- 12 u 16 ta’ Settembru.