Impenn mal-Familji Internazzjonali

Li Spiderman ta’ Stockport isalva tifel imwerwer minn fuq slide għolja 50 pied

Espert tal-arti marzjali msejjaħ ‘Stockport Spider-Man’ talli għolla l-moral tat-tfal matul l-ewwel lockdown nazzjonali fl-Ingilterra reġa’ kien vitali – din id-darba salva tifel ta’ erba’ snin li kien f’paniku meta spiċċa mwaħħal fuq slide ta’ fiera 50 pied fl-arja.

Jason Baird, 36, minn Reddish fit-Tramuntana tal-Ingilterra kien qed iqatta’ ġurnata barra mas-sieħba tiegħu u ż-żewġt itfal meta lemaħ tifel jissielet fil-quċċata ta’ slide magħrufa bħala ‘helter skelter’ fil-festival tal-familja Geronimo, f’Arley Hall f’Cheshire il-Ħadd.

It-tifel kien niżel ftit ’l isfel mill li slide meta wara li ħasibha darbtejn u beda jippanikkja, pprova jitla’ lura ’l fuq hekk kif tfal oħra kienu bdew isegwuh ‘l isfel, dan ħalla lit-tifel imfixkel fuq it-tarf ta’ madwar 50 pied għoli fl-arja. Meta ra lit-tifel f’diffikultà, Jason ġera u qabad lit-tifel u ġibdu għal idejh u żżerżaq lura għal isfel.

Jason ingħata prominenza nazzjonali għall-ispirtu tal-komunità tiegħu matul l-ewwel lockdown nazzjonali meta hu u ħabib tiegħu Andrew Baldock bdew jilbsu ta’ Spider-Man meta kienu jmorru għal-ġirjiet tagħhom ta’ kuljum, u pprovdew ferħ tant meħtieġ lill-familji u speċjalment lit-tfal maqbuda fi djarhom.

L-isforzi tiegħu ġew imfaħħra mid-Dukessa ta’ Cambridge u anke mill-Prim Ministru Boris Johnson fil-Milied li rringrazzjah għall-qlubija tiegħu. Ġurnalist mill-Manchester Evening News għamel kuntatt miegħu fuq dan l-aħħar att erojku tiegħu. H

Huwa iżda wieġeb billi qal: “onestment, xi ħadd ieħor kien jagħmel dak li għamilt jien.” Din id-darba ma kienx liebes il-kostum tiegħu ta’ Spider-Man, kien mas-sieħba tiegħu u ż-żewġt itfal tagħhom meta seħħ il-każ. Huwa kien qed jimbotta lil ibnu ta’ tliet snin fi pram meta nnota tifel f’diffikultà fil-quċċata ta’ li slide, fejn it-tfal jiżżerżqu ‘l isfel għal fuq tapit.

It-tifel kien tela’ mingħajr tapit u beda jiżżerżaq ‘l isfel iżda mbagħad kellu t-tieni ħsieb. Meta ddeskriva l-inċident, Jason, li jmexxi skola tal-arti marzjali, qal: “Kont biss ġurnata barra mal-familja tiegħi. Konna qed nistennew rikba u rajna tifel żgħir fil-quċċata tal-‘helter skelter ride’, bilwieqfa.

Huwa kien niżel ‘l isfel forsi ħames jew sitt piedi imma mbagħad kien wieqaf u beda jitla’ lura ‘l fuq. “Kien eżatt fuq ix-xifer forsi 50 jew 60 pied fl-arja. Ma naħsibx li l-ġenituri tiegħu lanqas raw x’kien qed jiġri dak il-ħin. Beża’ u jipprova jerġa’ jqum imma tifla ċkejkna oħra kienet diġà telqet u ħabtet miegħu

“Kien bħallikieku se jaqa ‘fuq il-ġenb u kien jinsab madwar 50 jew 60 pied fuq il-ġenb. “Imbagħad ommu rat dak li kien qed jiġri u kienet qed tinkwieta u tgħid ‘it-tifel tiegħi qiegħed hemm fuq u se jaqa’. Il-bniedem li kien qed imexxi s-slide kien tiela’ t-taraġ imma kien hemm kju ta’ tfal.

“Tlaqt lit-tifel tiegħi u ġrejt fuq is-slide u wasalt fil-quċċata. Meta wasalt lejh kien qed jibki għajnejh il-barra. Huwa għandu madwar erba’ snin. Qbadtu u dawwartu u għedtlu ‘weee , hawn se mmorru’. Ippruvajt naghmilha ta’ pjacir ghalih. Wara ltaqghat isfel ma’ ommu.

“Kienet biss xi ħaġa tal-mument. Kulħadd kien jagħmel l-istess. Alla ħares le, 20 jew 30 sekonda oħra u seta’ waqa’ minn fuq għal isfel għax kien hemm tfal oħra jiżżerżqu ‘l isfel u kien jaqa żgur’.” Ritratt ta’ Jason fl-arja ġie magħżul bħala wieħed mill-100 ritratt finali għall-proġett ‘Hold Still’ tad-Dukessa ta’ Cambridge – ktieb ta’ ritratti li joħloq stampa magħquda tar-Renju Unit waqt il-lockdown.

Kate Middleton hija patruna tan-National Portrait Gallery. Il-proġett stieden nies ta’ kull età biex jissottomettu ritratt meħud matul perjodu ta’ sitt ġimgħat f’Mejju u Ġunju 2020 li ffoka fuq waħda minn tliet temi ewlenin – ‘helpers and heroes’, in-‘normalità ġdida’ u ‘atti ta’ qalb tajba’.

L-idea sempliċi ta’ Jason u Andrew malajr saret popolari. Familji madwar Stockport poġġew posts għal Spider-Man biex iżurhom u jmur fejn it-twieqi tagħhom. Id-dukessa saħansitra ċemplet lil Jason biex tirringrazzjah personalment u faħħret ‘l-immaġni meraviljuża u pożittiva tiegħu ta’ spirtu komunitarju’